Sport

Suċċess u post fit-tim nazzjonali tan-nisa tal-pool

Alexia Cassano hija r-rebbieħa tar-raba’ Euro Ladies Ranking Tournament organizzat mill-Malta Pool Association wara li għelbet 6 – 2 lil Caroline Grech. 

Fil-finali, wara li Caroline Grech rebħet l-ewwel frame, f’reazzjoni mill-ewwel Alexia Cassano mhux biss rebħet it-tieni frame iżda fetħet vantaġġ distakk ta’ 5 – 1. Caroline Grech rebħet is-seba’ frame biex naqqset id-distakk għal  5 – 2 , madankollu, kienet Alexia Cassano li għalqet il-partita 6 – 2.

Wara dan is-suċċess, Alexia Cassano kisbet post fit-tim nazzjonali tan-nisa tal-pool li se jirrapreżenta lil Malta fil-Kampjonati tal-Ewropa li għandhom isiru Malta bejn it-8 u l-14 ta’ Frar 2025.