Żagħżugħ ta’ 21 sena minn Ħal Qormi nżamm arrestat wara li hedded u ħebb għal omm u missier it-tfajla tiegħu. Fil-Qorti ħareġ li Luke Cremona ġie arrestat wara li ħebb għal kunjati tiegħu u kkaġuna diversi ġrieħi ħfief lil mara.
Huwa mifhum li z-żagħżugħ ikkaġuna diversi ħsarat fir-residenza tal-vittmi fosthom kissrilhom il-bieb tad-dar. Cremona qed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi kollha miġjubin kontrih. Id-difiża qalet li f’dan l-istadju mhux se titlob għal ħelsien mill-arrest.
Il-Maġistart Abigail Critien ħarget ordni ta’ protezzjoni favur ir-raġel u l-mara. Fi tmem is-seduta, il-Maġistrat Critien infurmat lill-akkużat li din l-ordni tfisser li t-triq fejn jirrisjedu l-vittma għalih “ma teżistix”.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Colin Sheldon u James Mallia. L-akkużat kien assistit mill-avukat Francesca Zarb.
//= $special ?>