Desirei Grech se tkun qed tibqa’ tokkupa l-kariga ta’ Sindku ta’ Birkirkara għat-3 xhur li ġejjin.
Dan hekk kif minkejja r-rieda tal-poplu Karkariż fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara jkun immexxi mill-Partit Nazzjonalista, il-Kunsillieri Laburisti qed jibqgħu jsabbtu saqajhom u jmorru kontra s-sejħa taċ-ċittadini.
Għaldaqstant, it-Tlieta waranofsinhar baqa’ ma ntlaħaqx qbil fuq min se jkun qiegħed imexxi s-Sindakat għal 5 snin li ġejjin u minkejja li l-Kunsillieri tal-Labour ivvotaw favur Yana Debono Grech u ċioè kontra r-rieda tal-maġġoranza tal-Karkariżi – xorta waħda ma ntlaħaqx qbil.
Dan ifisser li għal darb’oħra bħalma seħħ lura f’Lulju, Desirei Grech ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala Sindku ta’ Birkirkara għat-3 xhur li ġejjin bl-istess proċess mistenni jsir f’Jannar tal-2025.
//= $special ?>