Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) se jkun qed jippromwovi prattiċi sostenibbli għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024 fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) Ta’ Qali, bejn is-6 u l-10 ta’ Novembru.
Bis-saħħa ta’ kollaborazzjonijiet ma’ msieħba ewlenin, se jkunu qed isiru inizjattivi eko-konxji li jqanqlu kuxjenza sostenibbli u ambjentali fil-pubbliku.
Bit-tema ‘Għada jibda bl-Għajn’, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qiegħed attivament jieħu miżuri li jnaqqsu l-impatt ambjentali.