Il-ħaddiema u l-voluntieri tal-Partit Nazzjonalista u ta’ Net Media, ingħaqdu mal-bosta inizjattivi li qed isiru f’pajjiżna b’risq Pink October.
Kull sena, ix-xahar ta’ Ottubru ifakkarna fil-ħtieġa tal-prevenzjoni b’rabta mal-kanċer fis-sider. Kien għalhekk li t-Tlieta filgħodu, l-impjegati tal-media tal-Partit Nazzjonalista u tad-Dar Ċentrali ngħaqdu f’inizjattiva – li ħadet il-forma ta’ Breakfast għall-ħaddiema – sabiex jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Action for Breast Cancer u għall-EuropaDonna.
Waqt dan il-breakfast spikka l-lewn roża, li huwa sinonimu ma’ din il-kampanja.
Preżenti kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino.
Din kienet ukoll waħda mill-ħafna inizjattivi li ta’ kull sena kienet tkun xprunata minn Karl Gouder, bi skop nobbli warajha.
//= $special ?>