Il-Prim Ministru Netanyahu wissa li Iżrael għandu jkompli bl-attakki fuq il-milizji Lebaniżi Xiti tal-Ħeżbollah ‘mingħajr ħniena’. Attakki li għandhom jinkludu aktar azzjonijiet diretti fuq Bejrut, il-kapitali tal-Libanu.
U f’dan il-punt deher ċar li Netanyahu qed jaħseb biex jivvendika l-qtil, fil-bidu tal-ġimgħa, ta’ erba’ suldati Iżraeljani meta l-Ħeżbollah użaw drone biex jattakkaw bażi militari fit-Tramuntana ta’ Iżrael.
Kwalunkwe attakki ġodda kontra Bejrut għandhom jiksru l-pawża ta’ ftit jiem wara li l-kapitali Lebaniża spiċċat kemm-il darba mira għall-bombi u l-missili tal-Iżraeljani.
Rapporti mhumiex ikkonfermati qalu, intant, li Netanyahu kien issospenda l-attakki fuq Bejrut taħt pressjoni mill-Gvern tal-Istati Uniti.
Madankollu, il-midja Lebaniża, fl-aħħar sigħat, irrappurtat sensiela ta’ attakki ġodda mill-Iżraeljani fuq iz-zona tal-Wied ta’ Beqaa, fiċ-ċentru tal-Libanu, u li mill-ġdid ħallew il-vittmi u l-midruba.
//= $special ?>