It-tobba qed jigdbu.
Kienet din id-dikjarazzjoni xokkanti li għamel il-Ministru tas-Saħħa JoEtienne Abela meta mistoqsi dwar l-€20 miljun li nefaq il-Gvern fuq pjanti tal-outpatients u l-psychiatric unit f’Mater Dei.
Il-MAM, fl-24 ta’ Settembru ta’ din is-sena, ippubblikat stqarrija fejn spjegat li l-Gvern nefaq aktar minn €10 miljun fuq ‘draft plan’ tal-outpatients u tal-psychiatric unit f’Mater Dei. Pjanta li ma ntużatx u li wasslet sabiex il-Ministru JoEtienne Abela jonfoq €10 miljun oħra għal pjanta alternattiva sabiex jinbnew dawn il-units.
Kien fid-dawl ta’ dan li Net News staqsa lill-Ministru għalfejn intefqu €20 miljun u għadu ma sar xejn, bil-ministru jgiddeb lit-tobba.
Intant, b’rabta mal-outpatients li kellha tinbdena sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura – ċioè sal-elezzjoni ġenerali illi jmiss – il-Ministru qal li ż-żminijiet inbidlu. U allura l-pjan għall-outpatients inbidel ukoll.
JoEtienne Abela spjega wkoll li b’rabta mal-psychiatric unit f’Mater Dei, it-tender għadha trid tiġi ppubblikata u għalhekk għad ma hemmx pjan fiss għal din il-unit.
//= $special ?>