Lokali

Inċident f’Burmarrad jikkawża konġestjoni kbira ta’ traffiku

It-triq ewlenija li tgħaqqad San Pawl il-Baħar mal-Mosta kellha tingħalaq wara li waqa’ xi materjal minn fuq trailer. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8:30am.

L-inċident ikkawża konġestjoni kbira ta’ traffiku fl-akwati, minħabba li din hija arterja prinċipali li tintuża minn eluf ta’ karozzi, speċjalment fil-ħinijiet ta’ filgħodu.

Net News huwa infurmat li l-materjal li kien qed iġorr dan it-trailer spiċċa faqa’ l-kabina tas-sewwieq wara li dan ħa break qawwi. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Pulizija u uffiċjali ta’ Transport Malta waslu fil-post sabiex jassistu.