Aggressur – imfisser bħala ‘terrorista’ – inqatel fi triq prinċipali ta’ Iżrael wara li hu kien wettaq sparatura li fiha nqatel pulizija Iżraeljan; b’tal-anqas erbgħa oħra jisfaw feruti.
L-identità tal-aggressur ma kenitx żvelata u meta għaddejjin l-investigazzjonijiet dwar l-iskopijiet tiegħu. Mhux eskluż, intant, li r-raġel kien membru ta’ xi grupp ta’ militanti li ilu s-snin jikkumbatti kontra Iżrael.
Iz-zona fejn seħħet l-isparatura tifforma parti minn arterja prinċipali magħrufa bħala ‘Rotta 4’ u li tinsab fil-limiti ta’ Tel Aviv.
Intant, ir-rapporti qalu li l-aggressur, f’daqqa waħda, beda jispara fuq in-nies li kienu għaddejjin bil-karozzi u qabel hu sofra tiri fatali meta fetaħ in-nar għal fuqu raġel ieħor li kien ukoll f’dik iz-zona.
L-aggressur kien spara l-ewwel tiri lejn karozza tal-pulizija u fejn inqatel uffiċjal tal-liġi. Hu, wara, kompla jispara għal fuq il-karozzi li bdew jgħaddu minn quddiemu u fejn laqat numru ta’ nies li l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>