Il-proġett ta’ €50 miljun ta’ Melita Limited biex twassal il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ veloċità tal-internet flimkien ma’ affidabbiltà bla preċedent, laħaq tragward ieħor bit-tnedija ta’ internet b’veloċità ta’ 2,500 Mbps.
Dawn huma l-ogħla veloċitajiet tal-internet disponibbli f’Malta u diġà huma disponibbli għal aktar minn 40% tad-djar Maltin. Bħala parti mill-Flexi Bundle, dawn il-veloċitajiet tal-internet jistgħu jiġu kkombinati ma’ servizzi tat-TV, tal-mowbajl u tat-telefonija fissa.
James Spina, Chief Technology Officer ta’ Melita Limited, qal: “Il-proġett ta’ Melita ‘Road to 10 Gigabits’ imniedi s-sena l-oħra diġà qed ifassal il-futur diġitali ta’ Malta. Qed nibnu fuq il-konnettività eċċellenti tagħna li toffri veloċitajiet ta’ 1,000 Mbps mal-pajjiż kollu biex noħolqu l-infrastruttura li s-soċjetà tagħna se jkollha bżonn fil-futur, speċjalment hekk kif l-użu ta’ teknoloġiji bħall-applikazzjonijiet tal-cloud, ir-realtà virtwali u l-intelliġenza artifiċjali jinfirxu ħafna.”
Id-disponibbiltà eventwali ta’ veloċitajiet tal-internet ta’ 10 Gbps – jew 10,000 Mbps – madwar Malta se tiftaħ il-potenzjal għal kapaċitajiet ġodda u esperjenzi tal-internet f’numru kbir ta’ industriji. Permezz ta’ dan il-programm ta’ investiment Malta se tibqa’ fost l-aqwa pajjiżi tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-konnettività mal-internet mal-pajjiż kollu.
//= $special ?>