Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Il-kultura ma tistax teħodha biss f’termini ta’ numri x’se tħalli qliegħ” – Mark Spiteri Lucas

Fi PROFILI llejla se jkollna lil Mark Spiteri Lucas fejn se jeħodna fi vjaġġ ta’ talent mużikali, iżda wkoll ta’ spettaklu minn età bikrija.

Il-profil rajnih għadd ta’ drabi fuq Net TV. Se jitkellem magħna fuq interpretazzjoni ta’ numru ta’ karattri fid-drama kif ukoll ir-rwol tiegħu ta’ għalliem.

Magħna se jaqsam il-ħsieb fuq il-kultura u dak li jagħmel lill-poplu Malti, fejn tenna li ma nistgħux nibqgħu naraw kollox flus.

PROFILI għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela u se jkun qed jixxandar illejla fit-8.30pm.