F’ League A Grupp 1, żewġ draws madankollu żewġ skors totalment opposti, f’partita waħda rajna 6 gowls u fl-oħra ma rajna l-ebda, hekk kif il-Polonja u l-Kroazja temmew fi draw ta’ 3-3, filwaqt li l-Iskożja kisbu punt prezzjuż meta temmew fi draw ta’ bla gowls kontra l-Portugall.
Il-Pollakki bdew fuq sieq tajba hekk kif Piotr Zielinski sab ix-xibka wara biss 5 minuti logħob b’xutt baxx fir-rokna tal-lemin mill-assist ta’ Urbanski, bil-Kroati jagħmlu l-iskor indaqs kwarta wara mill-gowl ta’ Borna Sosa minn barra l-kaxxa.
Żew gowls f’temp ta’ żewġ minuti għall-Kroati hekk kif kollox kien jidher pożittiv għat-tim ta’ Zlatko Dalic, kien l-ewwel Petar Sucic li xeħet ġewwa mill-assist ta’ Baturina fl-24 minuta, qabel l-isess Martin Baturina niżżel ismu mal-iskorers fis-26 minuta, din id-darba Sucic ikun il-protagonista li jagħti l-aħħar pass.
Il-Polonja rnexxielhom jiskorjaw gowl fl-aħħar sekondi tal-ewwel taqsima permezz ta’ Nicola Zalewski biex daħlu jistrieħu b’gowl minn taħt.
Fit-68 minut wasal il-gowl finali tad-draw minn Sebastian Szymanski.
Il-Kroati spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta tkeċċa l-goalkeeper Dominik Livakovic fis-76 minuta.
Spanja kompliet tirbaħ
F’League A Grupp 4, Spanja kompliet ir-rekord ta’ bla telfa meta għelbu lis-Serbja 3-0, fl-Estadio El Arcangel.
Aymeric Laporte kien l-ewwel li skorja għall-Ispanjoli wara biss 5 minuti logħob b’daqqa ta’ ras minn korner ta’ Porro. Iż-żewġ gowls l-oħra waslu fit-tieni taqsima, hekk kif l-attakkant ta’ Milan Morata xeħet mill-viċin fil-65 minuta. Fis-76 minuta tkeċċa ż-żagħżugħ Strahinja Pavlovic wara li kkometta foul fuq Oyarzabal. Alex Baena nkariga ruħu mill-freekick u xeħet fir-rokna ta’ fuq tal-lemin bi preċiżjoni.
Intant, mill-istess grupp, draw ta’ 2-2 bejn l-Iżvizzera u d-Danimarka titfa’ lid-Daniżi fit-tieni post b’7 punti.
Il-gowls tal-Iżvizzeri waslu fl-ewwel taqsima, permezz ta’ Remo Freuler fis-26 minuta u penalty ta’ Zeki Amadouni fil-ħin adizzjonali tal-ewwel taqsima.
Id-Daniżi skorjaw fis-27 minuta permezz ta’ Gustav Isaksen, hekk kif għamlu l-iskor indaqs għall-ewwel darba minuta wara li kkonċedew il-gowl ta’ Freuler, qabel Christian Eriksen għamel l-iskor indaqs għat-tieni darba fil-partita fid-69 minuta.
UEFA NATIONS LEAGUE
Illum
League A: Grupp 1
Polonja v Kroazja 3-3
Skożja v Portugall 0-0
League A: Grupp 4
Spanja v Serbja 3-0
Żvizzera v Danimarka 2-2
League C: Grupp 2
Kosovo v Ċipru 3-0
Litwanja v Rumanija 1-2
League C: Grupp 3
Belarus v Lussemburgu 1-1
Iranda v Bulgarija 5-0