Grupp ta’ attivisti ghamlu talba lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga żewġ proġetti ta’ bini li qed iqajmu kontroversja – wieħed huwa l-proġett tal-Mellieħa Heights, u l-każ l-ieħor huwa relatat ma’ proġett li se jsir biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville.+
L-NAO qed jintalab jinvestiga r-relazzjoni li għandu l-Ministru Silvio Schembri mal-iżviluppaturi li huma l-moħħ wara dawn il-proġetti.
Din l-investigazzjoni għandha ssir biex toħroġ il-verità kollha dwar dawn id-deals, u l-involviment jew le tal-Ministru Schembri. Minn naħa tiegħu, Silvio Schembri qal biss li l-akkużi “mhux korretti”.
It-talba għal investigazzjoni saret mill-Professur Arnold Cassola, l-għaqda ‘Il-Kollettiv’, mid-deputat Albert Buttigieg, mis-Sindku tal-Mellieħa Gabriel Micallef, mill-Vici Sindku Matthew Borg Cuschieri u minn Olivia Gauci li hi residenta Melliħija.
//= $special ?>