Lokali Parlament

Il-gvern jiġġustifika l-irdoppjar tal-paga tal-Kummissarju tal-Pulizija; li telgħet għal €107,000 fis-sena


Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri ġġustifika l-irdoppjar tal-paga tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, li issa telgħet għal €107,000 fis-sena.

Ix-Shadow Minister għall-Intern, is-Sigurtà u r-Riformi Darren Carabott qal fil-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, li l-gvern żamm u ħeba informazzjoni dwar it-tiġdid tal-kuntratt tal-Kummissarju tal-Pulizija, inkluż il-paga u l-allowance moħbija tal-istess Kummissarju tal-Pulizija li issa qed jaqbżu l-€107,000 fis-sena. Dan meta hemm problemi kbar f’investiment fil-Pulizija fosthom fl-għases tal-Pulizija fil-lokalitajiet, sostna Darren Carabott.

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri wieġeb li mhux minnu li l-paga tal-Kummissarju tal-Pulizija ġiet irdoppjata u żied li hu kien ta l-kuntratt tal-Kummissarju tal-Pulizija wara mistoqsija parlametari tad-Deputat Nazzjonalista David Agius. Hu qal li l-informazzjoni kienet marbuta ma’ titjib fil-kundizzjonijiet ta’ uffiċjali oħra fil-Korp tal-Pulizija, fosthom id-Deputati Kummissarji u Supretendenti