Lokali Parlament

Il-Parlament se jaġġorna kmieni b’rispett lejn Daphne Caruana Galizia


Fuq talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech il-Parlament illum se jaġġorna siegħa qabel b’rispett lejn il-ġurnalista assassinata seba’ snin ilu Daphne Caruana Galizia.

Fis-seduta tal-lum, il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech qal li l-asssassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, hu mument fl-istorja politika li m’għandux ikun minsi.

“Għandha nibqgħu naħdmu biex toħroġ il-verità u biex il-ġurnalisti jibqgħu mħarsa u mogħtija l-għodda biex jaħdmu għall-verità”, sostna Bernard Grech, li kompla li lil hinn mill-kliem li ntqal dwar il-ġurnaliżmu, l-Oppożizzjoni qed titlob li l-Parlament jaġġorna fis-5.45 pm biex jintbagħat messaġġ li mhux kollox normali iżda wkoll biex deputati jkunu jistgħu jattendu għall-attivitajiet marbuta ma’ din il-kommemorazzjoni. Dan anki b’sens ta’ rispett lejn il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg qal li l-gvern m’għandux oġġezzjoni għal din it-talba tal-Oppożizzjoni.