Lokali Parlament

Il-popolazzjoni tikber, l-attivitajiet jiżdiedu u l-għases tal-pulizija ikomplu jingħalqu


Albert Buttigieg, PN

Ix-Shadow Minister għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali Albert Buttigieg qal fl-Aġġornament tal-Parlament li filwaqt li l-popolazzjoni qed tkompli tiker u l-attivitajiet fil-lokalitajiet qed jiżdiedu, il-gvern qed ikompli bil-politika li jagħlaq l-għases tal-pulizija fil-komunitajiet.

Albert Buttigieg qal li bejn San Ġwann, is-Swieqi, l-Imsida u l-Gżira hemm ħaġa komuni; l-għases tal-pulizija f’dawn il-lokalitajiet huma magħluqa. Hemm minnhom li ilhom magħluqa xhur u oħrajn snin. Dan meta dawn huma lokalitajiet li kibru u fihom hemm ħafna attviitajiet.

Is-sitwazzjoni tal-popolazzjoni f’dawn il-lokalitajiet hi waħda li fiha fl-1985 f’San Ġwann kien hemm popolazzjoni ta’ 8,000 persuna waqt li llum hemm 14,000. Fl-istess perjodu fis-Swieqi u fl-Imsida kien hemm 6,000, iżda llum hemm 13,000 persuna, waqt li fil-Gżira kien hemm 8,000 resident li llum telgħu għal 10,000.

Hu qal li l-għases tal-pulizija ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema huma mħabbta ħafna biex ilaħħqu max-xogħol.
Dan wassal biex 1,400 resident ta’ San Ġwann għamlu petizzjoni biex tinfetaħ l-għassa tal-pulizija tal-lokal.