Lokali

Isofri ġrieħi gravi f’inċident bejn żewġ vetturi fiż-Żurrieq

Belti ta’ 46 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bejn żewġ vetturi għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Ħal Far, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn karozza misjuq minn raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Tarxien, u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Belt Valletta.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u x-xufier tal-Peugeot ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.