Mill-ġdid se jkun qed jittella’ l-festival tal-arti li tant hu għal qalb it-tfal – il-festival ŻiguŻajg.
Dan il-festival, li qed isir għall-14-il darba b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, jinkludi preżtazzjonijiet u workshops għal tfal ta’ kull età.
Net News tkellem mad-Direttur Artistiku ta’ dan il-festival, Marta Vella, li spjegatilna x-xogħol tat-tim tagħha fi ħdan Spazju Kreattiv sabiex ikun jista’ jittella’ festival mifrux fuq disat ijiem.
Għall-ewwel darba f’dawn l-aħħar snin, dan il-festival se jkun qed joħroġ mill-konfini tal-Belt Valletta, b’uħud mill-prestazzjonijiet u workshops se jsiru wkoll f’Tas-Sliema u fix-Xewkija Għawdex.
Iżda t-tfal x’għandhom jistennew minn dan il-festival li se jerġa’ jittella’ din is-sena?
Dan il-festival se jkun qed jittella’ bejn il-15 u l-24 ta’ Novembru bil-parteċipazzjoni ta’ għadd ta’ artisti lokali u internazzjonali, bl-istudenti li jattendu flimkien mal-iskejjel tagħhom jidħlu b’xejn.
//= $special ?>