Sport

Kim Taehyun jasal sas-semifinali fiċ-China Smash 2024

Il-plejer tat-table tennis Kim Taehyun kompla jibbrilla u jżomm il-konsistenza fil-logħob tiegħu meta wasal sas-semifinali tat-toirnament taċ-China Smash 2024.

Hu kellu rebħiet tajba kontra Vladislav Zakharov 3-2, Darius Movileanu 3-0, Li Hechen 3-2, Anthony Amalraj 3-1 sabiex għadda għas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni.

Fis-semifinali hu ltaqa’ man-Norveġiż Haug Borgar u tilef 3-0.

Kim Taehyun sar l-ewwel rappreżentant Malti li wasal sal-aħħar erbgħa tas-singles tal-irġiel.

Din il-parteċipazzjoni kienet possibbli grazzi għal Sport Malta u l-Kumitat Olimpiku Malti li kienu ta’ sostenn sabiex il-plejer Malti jkun jista’ jirrappreżenta lil pajjiżna u fl-istess ħin jagħmel isem lil Malta.