Internazzjonali

L-Indja: Paniku fost it-twissijiet ta’ bomba finta għall-ajruplani

L-awtoritajiet fl-Indja qed jinvestigaw każ inkwetanti wara li ħarġu t-theddid dwar il-bombi għal għaxar titjiriet mill-pajjiż fi spazju ta’ 48 siegħa….Twissijiet li wara kienu konfermati bħala finta u bir-riżultat ta’ ħafna dawmien għall-passiġġieri — bit-titjiriet jispiċċaw jaqbdu r-rotot differenti minn tal-iskeda.

Fl-aħħar sigħat, il-qawwiet tal-ajru ta’ Singapore bagħtu żewġ fighter-jets biex jeskortaw ajruplan tal-Air India Express ‘il hinn miz-zoni ffullati bir-residenti – b’dan isir b’kaġun ta’ twissija finta.

Dan ukoll waqt li ajruplan tal-Air India li kien qed jivvjaġġa minn Delhi lejn Chicago (fl-Istati Uniti)  kellu jinżel f’ajruport fil-Kanada bħala miżura ta’ prekwazjoni. Intant, it-titjiriet tal-linji IndiGo, SpiceJet u Alaska Air ukoll spiċċaw suġġetti għal dan it-theddid u fejn ukoll ittieħdu l-prekawzjonijiet ta’ emerġenza.

L-ispinta tat-twissijiet qarrieqa rrankat nhar it-Tnejn u kompliet illum, bl-uffiċjali Indjani fis-settur tal-avjazzjoni ma jiżvlawx id-dettalji kollha tas-sitwazzjoni.

Sadanittant, l-Air India qed tikkoopera mal-awtoritajiet biex, flimkien, jidentifikaw lin-nies responsabbli għal dan it-theddid u meta anki, ‘il quddiem, għandhom jikkunsidraw l-azzjonijiet legali biex jirkupraw l-ispejjeż dovuti għal din is-sitwazzjoni bla bżonn.

L-Indja: Paniku fost it-twissijiet ta’ bomba finta għall-ajruplani

L-awtoritajiet fl-Indja qed jinvestigaw każ inkwetanti wara li ħarġu t-theddid dwar il-bombi għal għaxar titjiriet mill-pajjiż fi spazju ta’ 48 siegħa….Twissijiet li wara kienu konfermati bħala finta u bir-riżultat ta’ ħafna dawmien għall-passiġġieri — bit-titjiriet jispiċċaw jaqbdu r-rotot differenti minn tal-iskeda.

Fl-aħħar sigħat, il-qawwiet tal-ajru ta’ Singapore bagħtu żewġ fighter-jets biex jeskortaw ajruplan tal-Air India Express ‘il hinn miz-zoni ffullati bir-residenti – b’dan isir b’kaġun ta’ twissija finta.

Dan ukoll waqt li ajruplan tal-Air India li kien qed jivvjaġġa minn Delhi lejn Chicago (fl-Istati Uniti)  kellu jinżel f’ajruport fil-Kanada bħala miżura ta’ prekwazjoni. Intant, it-titjiriet tal-linji IndiGo, SpiceJet u Alaska Air ukoll spiċċaw suġġetti għal dan it-theddid u fejn ukoll ittieħdu l-prekawzjonijiet ta’ emerġenza.

L-ispinta tat-twissijiet qarrieqa rrankat nhar it-Tnejn u kompliet ilbieraħ, bl-uffiċjali Indjani fis-settur tal-avjazzjoni ma jiżvlawx id-dettalji kollha tas-sitwazzjoni.