Lokali

L-Istitut tal-Accountants jippreżentaw il-proposti għall-Budget 2025

Dalgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa’ mal-Istitut tal-Accountants sabiex jisma’ l-ħtiġijiet tal-accountants f’pajjiżna.

Dan sar ftit jiem biss qabel il-Budget 2025 fejn l-Istitut ippreżenta dokument b’għadd ta’ proposti.

Bernard Grech spjega kif f’dawn l-aħħar xhur u snin innota li pajjiżna qed jaħli r-riżorsi li għandu minflok jutilizzahom bl-aħjar mod possibbli. U kien għalhekk li tkellem dwar l-importanza ta’ mudell sostenibbli u soċjali.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rrikonoxxa li dan mhux se jsolvi kollox. U huwa għalhekk li jeħtieġ rieda politika f’każijiet li ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.

Bernard Grech appella wkoll li f’kull waqt ikun hemm it-trasparenza sabiex ikunu evitati l-posponimenti ta’ ċertu deċiżjonijiet importanti li l-Gvern ikun jeħtieġ li jieħu; kemm fl-immedjat u anke fis-snin futuri. U dan jista’ jsir biss permezz ta’ diskussjoni immedjata.

Matul din il-laqgħa, l-Istitut tal-Accountants qajjem għadd ta’ kwistjonijiet – b’talba li dawn jittresqu fil-Parlament.

Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ix-Shadow Ministers Graham Bencini u Jerome Caruana Cilia.