Edukazzjoni

L-istudenti tal-MCAST jibdew petizzjoni biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi li jinsab fiha l-Kulleġġ

L-istudenti tal-MCAST bdew petizzjoni sabiex b’mod immedjat tinstab soluzzjoni għall-kriżi li teżisti minħabba li l-Gvern għadu ma laħaqx qbil mal-lecturers tal-Kulleġġ.

Fi stqarrija, il-Kunsill tal-Istudenti qal li din is-sitwazzjoni hija inaċċettabbli, filwaqt li insistew li l-futur tagħhom jinsab kompromess minħabba li fi tliet snin baqa’ ma ntlaħaqx qbil dwar il-fethim kollettiv.