Dr Bernice Buttigieg, Chief Strategy Officer ta’ FinanceMalta, inħatret bħala membru fuq il-Bord tal-World Alliance of International Financial Centres (WAIFC) waqt il-laqgħa ġenerali annwal tal-istess organizzazzjoni li saret f’Tokjo, fil-Ġappun.
Din il-ħatra prestiġjuża tkompli tgħolli isem Malta fis-settur finanzjarju internazzjonali. Ir-rwol il-ġdid ta’ Buttigieg issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta f’din l-organizzazzjoni globali, u tiftaħ il-bibien għak aktar kooperazzjoni u innovazzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
Fost id-deċiżjonijiet ewlenin meħuda waqt dan l-AĠM, l-Alleanza għażlet lil Malta biex torganizza l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja fir-Rebbiegħa tal-2026.
Il-WAIFC hija allaenza li tiġbor flimkien ċentri finanzjarji ta’ reputazzjoni għolja, tippromwovi bdil tal-aqwa prattika u tinkoraġġixxi djalogu miftuħ dwar ir-rwol tagħhom fil-kuntest tal-ekonomiji nazzjonali u internazzjonali kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli. FinanceMalta ilha membru tal-WAIFC sa mill-2022.
Il-laqgħa tal-WAIFC kienet indirizzata minn kelliema bħas-Sur Nakaso, Chairman ta’ FinCity.Tokyo; u s-Sur Yoshida minn JPX. Waqt l-avveniment, saret ukoll laqgħa mar-rappreżentanti taċ-Ċentru Finanzjarju ta’ Sapporo.
//= $special ?>