Mario de Marco, PN
Ix-Shadow Minister għat-Turiżmu Mario de Marco qal fil-Parlament li fl-emendi għall-Kodiċi Kriminali m’għandhiex titneħħa d-diskrezzjoni tal-Qrati.
Hu qal li dawn l-emendi qed isiru b’reazzjoni gall-attakk fuq żewġ pulizija fil-Ħamrun u sostna li l-Korp tal-Pulzija għandu bżonn kull appoġġ fis-soċjetà bl-attakki jkunu kundannati bil-qawwa.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-bidliet li qed isiru fil-liġi u qal li l-emendi li qed isiru mhumiex immirati biss għall-pulizija iżda dwar kull persuna li għandha responsabbiltà fl-ordni pubbliku. Dan l-abbozz tal-liġi qed ineħħi d-diskrezzjoni tal-Qorti li f’ċertu każi tapplika s-sentenza sospiża flok tagħti l-ħabs jew tapplika l-probation jew conditional discharge.
Fis-soċjetà hemm impressjoni li l-Qorti ma tistax tibgħat persuna li attakka l-pulizija l-ħabs; din hi impressjoni ħażina għaliex il-Qorti tista’ tibgħat akkużat il-ħabs.
Hu appella għall-kawtela milli jkunu imposti pieni ta’ ħabs u tkun elimenata d-dikrezzjoni tal-Qorti għaliex kull kawża għandha l-istorja u ċ-ċirkostanzi tagħha; l-ebda kawża mhi identika għal oħra. Il-Parlament m’għandux ikun il-ġudikant u l-prosekutur fl-istess ħin, u qisu b’dan l-abbozz mhux ikun hemm fiduċja fid-diskrezzjoni tal-ġudikant.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li kull attakk fuq l-uffiċjali pubbliċi hu kudannabbli, iżda għandu jkun hemm attenzjoni biex ma titneħħiex id-diskrezzjoni tal-ġudikanti.
//= $special ?>