Fis-27 ta’ Settembru Festivals Malta għalaq is-sottomissjonijiet għall-ħames edizzjoni ta’ Mużika Mużika li ser issir bejn is-27 u d-29 ta’ Marzu 2025. Bħal kull sena, l- applikazzjonijiet għal dan il-festival prestiġjuż kienu numerużi u ta’ livell għoli, b’rispons pożittiv mill-artisti, il-kompożituri, u l-awturi.
Bħala parti mill-ewwel fażi ta’ preparamenti ta’ Mużika Mużika, ġew iġġudikati l-kanzunetti kollha sottomessi minn membri tal-ġurija fil-preżenza tan-nutar tal-gvern fejn minnhom intgħażlu l-aqwa 30 kanzunetta.
Dawn il-kanzunetti se jgħaddu għall-fażi li jmiss fejn se jiġu interpretati live quddiem membri tal-ġurija differenti. Minn hemm se jintgħażlu s-16-il kanzunetta finali li se jiġu ppreżentati f’Marzu li ġej. It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss huma dawn (f’ordni alfabetika skont l-isem tal-kanzunetta):
Aħjar, Festa, Filgħodu, Fuq!, Ġenna Fl-Art, Għadna Ngħoddu, Għannaqtek, Għatxan, Ħsibijiet, Inħobbok Wisq, Int Kollox Għalija, Intbaħt, Jekk Forsi, Jista’ Jkun, Jum Wara Jum, L-Aħħar Jum, L-Imħabba Verità, Ma Nafx, Mill-Qalb, Narak Illejla, Nerġa’ Nqum, Nibqa’ Ħdejk, Perfett, Sabutaġġ, Stajna Konna Aħna, Stennieni Ġej, Supereroj **, Tagħna t-Tnejn, Tiegħek Jien u Żerniq
//= $special ?>