Lokali

NIŻVELAW: Teħel is-sistema tar-rekords tal-pazjenti

Is-sistema ġiet lura wara numru ta' sigħat

Dalgħodu, mijiet ta’ professjonisti fiċ-Ċentri tas-Saħħa sebħu bi problema serja immens. Dan wara li weħlet is-sistema tar-rekorks tal-appuntamenti u l-medical history (EPR).

Skont diversi sorsi li tkellmu magħna, il-kuntrattur mhux jitħallas u beda jhedded li jagħmel unplugging tas-sistema. Bir-riskju li jekk ma jintlaħaqx ftehim setgħu jintilfu l-appuntamenti kollha li saru fil-Primary Health Care.

Fil-fatt, għax xi sigħat, il-professjonisti kienu qed jaraw biss każi ta’ emerġenza.

Din is-sitwazzjoni serja fil-kliniċi kienet qed taffettwa lill-professjonisti kollha li jużaw l-IT system tas-saħħa.

Dan is-sit jinsab infurmat li kien hemm ħafna tgergir fost il-professjonisti għax ma setgħux jaċċessaw dak kollu li jkunu kitbu fuq il-pazjenti fil-visti ta’ qabel.

Eventwalment, is-sistema ġiet lura għall-ħabta tal-11:30am.