Persuna li allegatament qiegħda tuża residenza fil-Marsa għat-traffikar tad-droga, ġiet arrestata wara ħidma koordinata bejn diversi taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija. It-Tlieta għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija nnutat lis-suspettat, raġel ta’ 49 sena, ħiereġ mir-residenza fi Triq Callus.
Hekk kif il-Pulizija kienu qegħdin javviċinawh, huwa nduna bil-preżenza tagħhom u malli kien se jirkeb fil-vettura, huwa deher jarmi borża. Minnufih ir-raġel ġie arrestat u fil-borża nstabu qratas b’sustanzi ta’ lewn abjad u kannella suspettati kokaina u eroina.
Minn tfittxija li saret fuqu nstab ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti, waqt li mir-residenza ġew elevati diversi oġġetti oħra bħala parti mill-investigazzjonijiet. Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana, u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu (1130 am.) quddiem il-Maġistrat Joseph Gatt.
//= $special ?>