Sport

Riżultat negattiv għat-tim Malti ta’ taħt il-21 sena

Municipal Nuevo Mirador f’Algeciras.

Grupp B : Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni

Timijiet Taħt il-21 sena

Spanja    6          Malta    0

Dan kien riżultat ieħor negattiv mit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena mmexxi minn Ivan Woods. Kienet l-aħħar partita għat tim Malti f’dan ir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni fejn it-tim Malti sofra għaxar telfiet minn għaxar parti u sofra xejn anqas minn 35 gowl.

Dominju assolut minn Spanja mill-ewwel minuti. Fil-5 minuta kien SAMUEL OMORODION li għeleb lil Hugo Sacco biex fetaħ l-iskor u x-show personali. Fis-37 minuta kien mill-ġdid OMORODION li għamel l-iskor 2 – 0 . Żewġ minuti wara Hugo Sacco mill-ġdid megħlub minn SAMUEL OMORODION 3 – 0 sabiex fl-ewwel minuta ta’ ħin miżjud qabel tmiem l-ewwel taqsima, OMORODION skorja r-raba’ gowl personali .

L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess bit-tim immexxi minn Santi Denia jiddomina għalkollox l-aktar wara li PEQUE għamel l-iskor 5 – 0 . L-aħħar gowl għal Spanja kien skorjat minn ROBERTO FERNANDEZ fis-77 minuta.

Spanja   6       Malta     0