“Ma’ Daphne Caruana Galizia għadha ma saritx ġustizzja”.
Hekk iddikjarat l-ambaxxata tal-Istati Uniti f’pajjiżna permezz ta’ stqarrija li ħarġet illum, fejn irrimarkat kif din il-ġurnalista ħallset b’ħajjitha sempliċiment għaliex kienet qed tikxef il-korruzzjoni – att brutali li l-uniku skop tiegħu kien li jagħlqulha ħalqha.
L-ambaxxata Amerikana qalet li testendi mill-ġdid sens ta’ solidarjetà mal-familja, mal-membri tal-media u mas-soċjetà ċivili. L-istess ambaxxata insistiet fuq il-ħtieġa ta’ trasparenza bil-għan li jitħarsu l-prinċipji tal-governanza tajba.
“Il-legat ta’ Caruana Galizia qed ikompli”, ittemm tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>