Liam Payne, wieħed mill-kantanti li kien jifforma parti mill-grupp popolari ‘One Direction’, instab mejjet f’Buenos Aires, fl-Arġentina, wara waqa’ madwar tliet sulari minn gallarija ta’ lukanda li kien jinsab fiha.
Rapporti internazzjonali qalu li l-Pulizija inizjalment marret fil-post wara li rċiviet telefonata li kien hemm raġel aggressiv u li possibilment kien taħt l-effett ta’ xi sustanzi. Imbagħad kien propju ftit tal-mumenti wara illi Payne nstab mejjet fil-lukanda stess.
Jidher illi l-kantant kien jinsab l-Arġentina fuq btala.
Liam Payne huwa magħruf l-aktar għal fatt li kien jagħmel parti mill-grupp ‘One Direction’ – grupp li kien beda lura fl-2010 dan wara li l-ħames membri kienu ħadu sehem f’X-Factor fejn imbagħad infirdu u bdew il-karriera separata tagħhom.
Fl-aħħar sigħat bosta ‘fans’ marru fil-post fejn miet il-kantant biż-żona malajr bdiet timtela bix-xemgħat u dawk preżenti kienu viżibbilment imbikkmin. Dan apparti li numru ta’ persuni ta’ fama internazzjonali sellmu l-memorja ta’ Liam Payne filwaqt li esprimew li jinsabu xxukkjati għall-aħħar b’din l-aħbar tant traġika.
Intant, Liam Payne twieled fl-1993 fl-Ingilterra, u ħalla warajh tifel ta’ 7 snin li kellu flimkien mal-kantanta Cheryl Fernandez.
//= $special ?>