Lokali

Isabelle Bonnici se tiltaqa’ ma’ Bernard Grech biex jiddiskutu l-bidliet li qed tipproponi dwar l-Inkjesti

“It-talba biex tkompli l-ħidma u jkollna liġi li tiffaċilita l-aċċess tal-Inkjesti wara mewta mhux naturali tidher li qed tinstema'”. Hekk iddikjarat omm Jean Paul Sofia, Isabelle Bonnici, wara li l-Kap tal-PN Bernard Grech laqa’ l-istedina tagħha biex jiddiskutu din il-materja tant importanti.

L-għan aħħar jibqa’ wieħed: li l-qraba jkollhom aċċess għar-rapport tal-Inkjesta.

Fuq Facebook, Isabelle Bonnici kitbet “kemm hi sabiħa l-għaqda u meta jkun hemm qbil biex innaqqsu tbatijiet u l-inġustizzji. Min ġarrab jaf x’jiġifieri u żgur li ma rridux li ħaddieħor jgħaddi minn dan l-uġigħ u taqtigħ ta’ qalb żejjed.”

Isabelle Bonnici trid li issa jkollha stedina ukoll mill-Prim Ministru Robert Abela jew mill-Ministru Jonathan Attard biex jiddiskutu, u biex din il-liġi ssir bla dewmien.