Għadda s-sajf, u xorta qed nesperjenzaw baħar kontaminat mid-drenaġġ. Bl-aktar każ riċenti jkun dak li seħħ din il-ġimgħa f’Ta’ Xbiex.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika ħareġ avviż fejn stqarr li mhux rakkomandat li jsir għawm f’Ta’ Xbiex minħabba ilma maħmuġ li qed ifur fil-baħar u li jista’ jkollu traċċi ta’ drenaġġ.
Dan jista’ jaffettwa l-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat.
L-uffiċjali qed jinvestigaw il-każ.
It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.
//= $special ?>