Il-Gvern ta’ Robert Abela instab ħati mill-Qorti Ewropea li qed jarmi d-drenaġġ fil-baħar qabel dan ikun trattat kif suppost.
Din id-deċiżjoni ngħatat aktar kmieni llum.
Il-Qorti Ewropea kkonkludiet li pajjiżna, ripetutament, mhux jonora l-obbligi li jaqgħu taħt id-Direttiva għat-Trattament tad-Drenaġġ. Dan l-aktar li qed iseħħ fl-impjanti li hemm fil-Mellieħa, u f’Ta’ Barkat fix-Xgħajra. Bil-Gvern instab ħati li mhux iżomm mal-istandards Ewropej.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tinsisti li l-Gvern naqas serjament milli jieħu l-miżuri neċessarji biex ma jintremiex ilma maħmuġ fil-baħar. Jingħad ukoll li Malta trid tadotta miżura aktar iebsin, u l-Gvern qed jonqos milli jwettaq monitoraġġ serju tal-mod kif qed jintrema d-drenaġġ.
Intant, b’reazzjoni għal dan, il-Ministeru ta’ Miriam Dalli qal biss li l-Gvern qed jevalwa din id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea.
Erġa’ segwi dak li qal Robert Abela fil-kampanja tal-MEPs
//= $special ?>