Priġunier ta’ 68 sena kien mixli fil-Qorti li wettaq avvanzi sesswali fuq żewg ħabsin oħra waqt li kienu qed jinħaslu. Anthony Pirotta, minn Ħal Qormi, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih. Fil-Qorti rriżulta li kien raġel ieħor li għamel rapport lill-Pulizija fejn qal li l-akkużat għamel avvanzi sesswali fuqu wkoll.
Dan qal ukoll li Pirotta offrielu t-tabakk bħala ħlas biex ikollu x’jaqsam miegħu sesswalment. L-akkużat inżamm arrestat wara li d-difiża ddikjarat li f’dan l-istadju mhux qed titlob għall-ħelsien mill-arrest, anke minħabba l-fatt li qed jiskonta piena ta’ priġunerija fuq każ ieħor.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Gabriel Kitcher u Francesca Calleja u l-Avukat Miriayah Borg f’isem l-Avukat Ġenerali. Għall-akkużat deher l-Avukat Mark Busuttil.
//= $special ?>