Internazzjonali

Il-Mexxej tal-Hamas inqatel waqt spezzjoni ta’ rutina

Il-kap ta’ Hamas, Yahya Sinwar, safa maqtul waqt ronda li kienet qed issir filgħodu kmieni mis-suldati Iżraeljani.

Il-President Amerikan Joe Biden feraħ lil Netanyahu, il-Prim Ministru ta’ Iżrael, għall-qtil ta’ dan it-terrorista Palestinjan. Iżda fl-istess waqt insista li għandu jissokta l-proċess biex jinħelsu l-l-ostaġġi li għadhom maqbuda mill-Hamas.

Fl-aħħar sigħat, ħafna spekulaw li Sinwar inqatel meta kien qed jipprova jaħrab għal zona iżjed sigura tant li nqabad fil-miftuħ.

S’issa għadu mhux ċar min se jkun qed jieħu post il-Eks Kap tal-Hamas, b’ħafna qed jispekulaw li se jkun ħuh, Mohammed Sinwar.

Sinwar kien meqjus bħala l-aktar kriminal tal-gwerra mfittex f’Iżrael. Dan minħabba li kien il-moħħ wara l-attakk brutali tas-7 ta’ Ottubru li ġie kkumparat mal-Olokawst; fejn ġew maqtula madwar 1,200 persuna ċivili f’ġurnata waħda.