Malta se tkun qed tospita Kunċert tal-Milied li jinkludi t-Tenur Malti ta’ fama dinija Joseph Calleja u t-trio pop tal-opri Taljana ‘Il Volo’, fl-20 ta’ Diċembru. Il-kunċert fl-MFCC, li jsegwi l-kunċert tal-Milied tas-sena l-oħra ma’ Andrea Bocelli, iwiegħed li se jkun qiegħed jgħolli l-ispirtu tal-istaġun billi joffri taħlita ta’ eċċellenza operistika klassika u kontemporanja.
‘Il Volo’, magħmul minn Gianluca Ginoble, Piero Barone, u Ignazio Boschetto, huma ċelebri globalment għas-sinerġija vokali qawwija tagħhom u se jingħaqdu ma’ Joseph Calleja f’kollaborazzjoni rari.
Il-kunċert qed jiġi organizzat minn greatt bl-appoġġ ta’ VisitMalta, il-Ministeru għat-Turiżmu, u l-Bank of Valletta. Il-biljetti għall-avveniment esklussivi se jkunu disponibbli fid-19 ta’ Ottubru mill-10am fuq showshappening.com. Id-dilettanti tal-mużika huma mħeġġa jibbukkjaw kmieni biex jiżguraw li ma jitilfux din l-esperjenza ta’ darba f’ħajjithom.
Bank of Valletta plc, sinonimu max-xena tal-arti u l-kultura lokali, hu kburi li hu assoċjat ma’ dan l-avveniment u jistenna bil-ħerqa li jilqa’ lill-viżitaturi biex jesperjenzaw dik li żgur se tkun lejla indimentikabbli.
Joseph Calleja, wieħed mill-aqwa tenuri tal-operistika ta’ żmienna, għandu karriera mifruxa fuq għoxrin sena, li qala’ rikonoxximenti minn udjenzi u kritiċi madwar id-dinja filwaqt li l-grupp ‘Il Volo’, hu wieħed mill-aktar trios Taljani famużi fid-dinja, li din is-sena qed jiċċelebra l-15-il anniversarju tiegħu.
//= $special ?>