Sport

L-istaġun tal-Polo jiftaħ bil-King of Sweden Cup

L-istaġun tal-Polo lokali se jiftaħ uffiċjalment għada s-Sibt bil-King of Sweden Cup. Din hi kompetizzjoni prestiġjuża li fiha se jieħdu sehem tliet timijiet.

Coca Cola se jkun magħmul minn Greg Gera, Sarah Manduca, Simon Psaila u Matthew Borg filwaqt li Finestral hu kompost minn Jeremy Besancon, Bradlee Farrugia, Ivan Camilleri u Matthew Grech.

Finalment, Martin Arrigo, Chris Delia, Jean Vella u Luca Gatt Pace More se jiffurmaw Stella Artois.

L-umpires għal din il-kompetizzjoni se jkunu Gaston Etcheberry u Mark Darmanin bit-tielet uffiċjal ikun Philip Wismayer.

Din il-kompetizzjoni se ssir bl-appoġġ ta’ EquestriMalta bl-ewwel throw-in li se ssir fid-9.30am.