Id-digriet mogħti mill-Qorti Kriminali xahar ilu meta kienet ordnat projbizzjoni ġenerali fuq “kitbiet, dikjarazzjonijiet jew diskussjonijiet pubbliċi” dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u Yorgen Fenech barra dak li jiġri fil-Qorti qed jiġi kontestat.
Dan f’rikors li ppreżenta l-ġurnalist Manuel Delia li jgħid li tali digriet, li jipprojbixxi kull forma ta’ diskussjoni u dikjarazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-akkużat bil-qtil taghha, jivvjola d-dritt għall-espressjoni ħielsa, hekk kif protett taħt l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea u l-Artikolu 41 tal- Kostituzzjoni ta’ Malta.
Din il-kontestazzjoni saret f’rikors li ġie preżentrat fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha kontra l-Avukat tal-Istat. Dan wara li l-Imħallef Edwina Grima kienet ordnat lil NEWZ.mt biex ineħħi videoblog ta’ Manuel Delia mill-paġna tiegħu ta’ Facebook u biex l-ebda media ma tirrapporta fuq il-każ, jekk mhux dak li jsir u jinstema’ fil-Qorti.
It-talba tal-projbizzjoni kienet saret mill-avukati ta’ Yogen Fenech, li kienet milqugħa mill-Qorti. Delia huwa ġurnalist b’kolonna regolari fuq’The Sunday Times of Malta u jippubblika x-xogħol ġurnalistiku tiegħu fuq diversi mezzi f’Malta u anke barra min Malta, huwa wkoll attivist fi ħdan l-entità non-governattiva Repubblika,
Huwa qal fir-rikors li ppreżenta li f’dawn l-irwoli, għandu d-dmir illi jwassal informazzjoni lill-pubbliku fuq ġrajjiet kurrenti, suġġetti Ii huma ta’ interess pubbliku u affarijiet illi jaffettwaw id-demokrazija tal-pajjiż. Wieħed minn dawn il-ġrajjiet huwa l-assassinju tal-gurnalista Daphne Caruana Galizia.
Assassinju li ġie rrapurtat mad-dinja kollha minħabba ‘c-chilling effect’ fejn dan il-qtil brutali ta’ gurnalista, u li seħħ minħabba xogħlha, għandu piż fuq l-espressjoni u s-stampa ħielsa mhux biss f’pajjiżna, iżda barra minn xtutna wkoll.
Ir-rikors żied jgħid li llum il-gurnata, kważi seba’ snin wara tali assassinju, il-ġustizzja għadha ma saritx la għall-assassinju u wisq anqas għall- istejjer illi hija kienet ippubblikat, jew li sahansitra ġew ippubblikati wara mewtha.
Delia qal li Alfred Degiorgio magħruf bħala “il-Fulu”, George Degiorgio magħruf bħala “ic-Ċiniż” u Vincent Miiscat- “il-Koħħ”u qegħdin jiskontaw piena habs wara ammettew il-kompliċità tagħhom bħala eżekutturi fl-istess qtil.
Individwu ieħor ta’ rilevanza, Melvyn Theuma, stqarr l-involviment tieghu fl-ikkommissjonar tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, b’dan illi ngħata proklama. ln oltre, bħalissa għaddejjin ukoll proċeduri kriminali fil-konfront ta’ Jamie Vella, Robert Agius u Yorgen Fenech ghar-rwoli diversi li hurna mixlija li kellhom fil-qtil in kwistjoni.
Ir-rikors ikompli jgħid li meta dan tal-aħħar kien ġie arrestat fid-19 ta’ Novembru 2019 meta ġie interćettat meta pprova jaħrab mill-pajjiż. Minn dakinhar ‘l hawn skattaw il-proċeduri kriminali fil-konfront tiegħu. Malli gie arrestat, Yorgen Fenech talab ukoll il-maħfra presidenzjali.
Dan il-fatt ġie rrapurtat f diversi gażżetti kemm lokali u kemm internazzjonali. Yorgen Fenech intavola wkoll żewg kawżi wara li l-maħfra Presidenzjali li huwa talab, li ġiet miċhuda. B’hekk, kompla jgħid ir-rikors, huwa stat ta’ fatt magħruf sew fid-dominju pubbliku li Yorgen Fenech talab il-maħfra Presidenzjali wara li huwa ġie arrestat f’Novembru 2019.
Hu kien semma’ dan il-fatt fi video blog mtella’ fuq il-pagna tal-Facebook “NEWZ.mt” fil-5 ta’ Settembru 2024. Delia tenna li fit-18 ta’ Settembru 2024, id-difiża ta’ Yorgen Fenech ippreżentat rikors fiI-Qorti Kriminali, fejn issenjalat lill-Qorti silta mill-filmat li deher fuq il-paġna ta’ Facebook imsemmija u talbet lill-istess Qorti tagħti direttiva taht l-Artikolu 517 tal- Kodiċi Kriminali u “taghti l-provvedimenti opportuni sabiex dan l-aġir ma jkomplix għaddej impunit.”
Fid-19 ta’ Settembru 2024, il-Qorti Kriminali tat Digriet li jgħid li ”l-pubblikazzjoni sa maI-kawża tispiċċa ta’ kitba, stampata jew le, u ta’ dikjarazzjonijiet jew diskussjonijiet pubbliċi fuq il-meżżi tax- xandir u I-medja soćjali, dawr ir-reat u dwar il-persuna tal-akkużat in konnessjoni mar-reat li jinsab mixli dwaru, kemm favur kif ukoll kontra ma jistgħux jixxandru.
Il-pubblikazzjoni ta’ dan hi biss miftuħa, waqt is-seduti skedati mill-Qorti ghal liema seduti huwa permess li jkun hemm preżenti il-membri tal- midja u li jirrapurtaw dak li oed isir fl-andament tal-kawża. Kull min jikser din I-Ordni ikun ħati ta’ disprezz lejn l-awtorita’ tal- Qorti.
Manuel Delia qal li dakinhar stess illi ngħata d-Digriet, il-filmat in kwistjoni, tneħħa minn fuq il-paġna tal-Facebook ta’ Newz.mt. u li huwa ħassu aggravat mid-digriet imsemmi. Mhux l-inqas minħabba l-fatt illi l-Qorti Kriminali ma ordnatx in-notifika taI-istess rikors lill-esponent u ma semgħetx dak illi kellu jghid fuqu, spećjalment in vista ta’ diversi allegazzjonijiet fl-istess rikors ta’ ksur tal-ordnijiet preċedenti tal-Qorti.
Delia qal li I-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni jipproteġu d- dritt tal-espressjoni ħielsa f’pajjiżna, dritt illi, għalkemm ma huwiex assolut, jinkorpora fih diversi drittijiet inkluż id-dritt għall-istampa ħielsa, u d-dritt ta’ kull persuna li tircċevi u twassal informazzjoni, opinjonijiet.
Sabiex jiġi determinat jekk kienx hemm ksur ta’ dawn id-drittijiet, huwa magħruf fil-gurispredenza tal-Qorti Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, illi jrid jiġi mistharreġ. Jidher għalhekk, illi l-Qorti Kriminali marret oltre dak illi jipprovdi l-Artikolu in kwistjoni billi l-istess Artikolu jagħti s-setgħa lill-qrati ta’ ġustizzja kriminali li jipprojbixxu I-publikazzjoni ta’ kitba stampata jew le dwar ir-reat jew dwar l-akkużat.
Il Qorti Kriminali jgħid ir-rikors pprojbixxiet ukoll “dikjarazzjonijiet u diskussjonijiet pubblići fuq il-meżżi tax-xandir u l-meżżi soċjali”. Delia qal ukoll li l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia kellu sinifikat enormi fil-ħajja demokratika tal-pajjiż u għahekk ćertament kull diskussjoni dwar I-istess jikkwalifika bħala dibattitu fuq kwistjonijiet ta’ interess pubbliku.
Dan jingħad iktar u iktar fid-dawl ta’ dak li ħareġ wara l-arrest tal-akkużat Yorgen Fenech, u ćioe il-fatt illi Fenech kellu konnessjonijiet intimi u skabrużi ma’ uffiććjali oghlja fil-gvern, li huwa implikat f reati ohra, u huwa fatt magħruf illi ma ttieħdu ebda passi kriminali b’rabta ma’ dawn il-fatti sal-ġurnata tal-lum.
Dan kollu jitfa’ obbligu mportanti fuq is-settur ġurnalistiku biex dan jesponi, jiddokumenta u, fuq kollox, jikkummenta fuq l-evidenza Ii tfaċċat sal-lum; rwol krućjali u neċessarju f soċjetà demokratika li m’għandux jigi mrażżan.
Delia qal li l-Qorti Kriminali ma qisitx l-impatt konsegwenzjali li tali ordni kienet se tħalli fuq is-soċjetà liema impatt huwa tali illi, minkejja li llum għad ma hemm ebda indikazzjoni ta’ meta se jsir il-ġuri tal-akkużat Yorgen Fenech, ebda persuna ma tista’ tiddiskuti jew tagħmel dikjarazzjonijiet relatati sia mal-assassinju ta’ ġurnalista jew mal-persuna akkużata bl-istess assassinju.
Għaldaqstant Delia qal li qed jitlob lill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili sede Kostituzzjonali tiddikjara li d-Digriet tad-19 ta’ Settembru 2024, mogħti mill-Qorti Kriminali fil-proċeduri Repubblika ta’ Malta vs Yorgen Fenech li jipprojbixxi kull forma ta’ diskussjoni u dikjarazzjoni dwar ir-reat tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-akkużat bil-qtil taghha.
Qal li dan jivvjola d-dritt ghall-espressjoni ħielsa tiegħu, hekk kif protett taht l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea u l-Artikolu 41 tal- Kostituzzjoni ta’ Malta u tirrevoka u tannulla tali digriet, tillikwida ammont ta’ kumepens għad-danni sofferti u li dan għandu jitħallas mill-Avukat tal-Istat. Ir-rikors ġie ffirmat mill-Avukati Eve Borg Costanzi u Matthew Cutajar.