Residenti f’Marsaskala ilhom jumejn sħaħ bla provvista tal-ilma tant li persuni li tkellmu magħna qalulna kif saħansitra spiċċaw bla ilma fit-tank.
Għadd ta’ persuni qalulna li ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu hekk kif it-tiswija ma kellhiex iddum iktar minn ftit sigħat. Iżda, kull darba li jċemplu qed jgħidulhom li t-tiswija se tkun qed iddum dejjem iktar.
Fil-fatt, is-sit uffiċjali tal-water services turi biċ-ċar li d-djar ilhom mis-7am tal-bieraħ bla ebda provvista tal-ilma. Bis-sitwazzjoni żgur mhux forsi mhix se tkun qed tmur lura għan-normal qabel l-4pm.
Din is-sitwazzjoni wasslet biex id-djar spiċċaw kompletament bla ebda sors ta’ ilma hekk kif l-ilma tat-tank ukoll spiċċa. B’persuna tgħidilna li spiċċaw ma jistgħu jagħmlu xejn, lanqas biss jużaw it-toilet jew jieħdu mqar shower.
Mhux magħruf x’qed iwassal għal dan d-dewmien ta’ sigħat twal sabiex il-provvista tal-ilma tiġi lura għal djar li jinsabu f’20 triq differenti madwar Marsaskala affettwati minn dan il-qtugħ.
//= $special ?>