Lokali

Talba għall-għajnuna għal żagħżugħ li għadu kemm ġie operat f’Birmingham

Qraba ta’ żagħżugħ ta’ 17-il sena qed jitolbu għall-għajnuna hekk kif bħalissa għaddejjin minn spejjeż kbar. Dan hekk kif bħalissa ż-żagħżugħ jinsab fi sptar f’Birmingham, wara li ġie operat għal kundizzjonijiet li twieled bihom.

Iż-żagħżugħ twieled b’skoljożi severa, problemi fil-pulmun, u difett f’qalbu b’riżultat li mistenni jgħaddi minn total ta’ erba’ operazzjonijiet fiż-żmien li ġej.

L-għaqda mhux governattiva, Doninu Malta, ingħaqqdet mal-kappillan tal-parroċċa ta’ Ħal Lija, ir-raħal fejn jgħix dan iż-żagħżugħ, sabiex jgħinuh b’mod finanzjarjament.

Wieħed jista’ jgħin permezz ta’ donazzjoni diretta lill-familja tiegħu fuq BOV App +356 9990 1078 jew permezz ta’ Revolut fuq l-istess numru.