Futbol Sport

Birkirkara jsaħħu l-ewwel post wara rebħa fuq Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

BIRKIRKARA……………………..3

ĦAMRUN S………………………..2

Birkirkara: G. Volpe, I. Morello, A. Sandona, L. Gaitan, P. Mbong (M. De Souza 71′), A. Satariano, L. Lacunza, N. Micallef, A. Coppola (N. Cross-48′), M. Maia (J. Siafa 85′), G. Gnamien

Ħamrun Spartans: H. Bonello, S. Xerri (M. Ellul 24′), L. Montebello (R. Lopes 52′), C. Ondong, J. Mbong, R. Prsa, E. Freitas (L. Barboza 52′), W. Da Silva (S. Attard 45′), E. Domingos (J. Corbalan 45′), M. Barbosa, R. Camenzuli

Referee: Philip Farrugia

Assitenti Referee: L. Portelli, J. Muscat

Birkirkara komplew bil-forma pożittiva tagħhom meta għelbu lil Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 3-2 u b’hekk saħħew posthom fl-ewwel post tal-klassifika.

Bidu mill-aqwa għal Ħamrun hekk kif wara biss żewġ minuti marru fil-vantaġġ permezz ta’ penalty ta’ Luke Montebello. Birkirkara wettqu reazzjoni għal dan u ġabu l-iskor indaqs fis-36 minuta meta wara li x-xutt ta’ Maxuell Maia kien salvat minn Henry Bonello, kien Alexander Satariano li mir-rebound xeħet ġewwa.

Birkirkara dawru l-iskor favur tagħhom qabel il-mistrieħ meta kien Gislain Gnamien li wara li rċieva mingħand Satariano, għamilhom 2-1. Fit-tieni taqsima, l-Istripes komplew fejn ħallew fl-ewwel waħda u kien għal darb’oħra Satariano li għamilhom 3-1. Ħamrun pruvaw jirreaġixxu għal dan u naqsu l-iskor fid-79 minuta permezz tas-sostitut Shaisen Attard.