Futbol Sport

Bournemouth jaħsdu lil Arsenal

(Ritratt: EPA)

Fil-Premier League fl-Ingilterra, f’ġurnata mimlija emozzjonijiet, tispikka r-rebħa ta’ Bournemouth fuq Arsenal bl-iskor ta’ 2-0. Daqqa ta’ ħarta għal Arsenal f’nofs l-ewwel taqsima meta tkeċċa d-difensur ċentrali William Saliba wara foul tattiku f’nofs il-ground. Minkejja l-isforzi tal-Gunners, Bournemouth fetħu l-iskor fis-70 minuta permezz ta’ Ryan Christie. Iċ-Cherries irduppjaw fid-79 minuta permezz ta’ penalty mogħti u skrojat minn Justin Kluivert.

Rebħa kovinċenti għal Tottenham meta għelbu lil West Ham 4-1. Kienu l-Hammers li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Mohammed Kudus fit-18-il minuta. Tottenham irrispondew u fit-36 minuta kien Dejan Kulusevski li għamilhom 1-1. It-tim ta’ Ange Postecoglu ħareġ fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u għamilhom 2-1 fit-52 minuta permezz ta’ Yves Bissouma. Awtogowl ta’ Alphonse Areola kompla jkabbar l-iskor għall-Ispurs bi Heung-min Son jagħmilhom 4-1 mas-siegħa logħob. Lejn it-tmiem West Ham sfaw jilagħbu b’għaxra meta tkeċċa Kudus.

Manchester United kisbu rebħa minima ta’ 2-1 fuq Brentford. Ethan Pinnock poġġa lil Brentford fil-vantaġġ qabel il-mistrieħ. Manhcester United dawru r-riżultat fit-tieni taqsima. L-ewwel kien ALejandro Garnacho li għamilhom 1-1 u fit-62 kien Rasmus Hojlund li għamel l-iskor 2-1.

PREMIER LEAGUE

Illum

Tottenham v West Ham 4-1

Man Utd v Brentford 2-1

Fulham v A. Villa 1-3

Newcastle v Brighton 0-1

Southampton v Leicester 2-3

Ipswich v Everton 0-2

Bournemouth v Arsenal 2-0