Attakk bl-ajru mill-Iżraeljani fuq kamp tar-refuġjati ħalla għexieren ta’ persuni mejta.
Jirriżulta li l-attakk kien ikkonċentrat fuq Jabalia, fin-naħa ta’ fuq ta’ Gaza. Bl-awtoritajiet Palestinjani jgħidu li minn tal-inqas 33 persuna tilfu ħajjithom – għalkemm in-numru jaf jiżdied ferm aktar.
Minn barra hekk, il-ministeru tas-saħħa ta’ Gaza, li huwa kkontrollat mill-Hamas, qal li fl-attakk intalqat ukoll sptar.
Intant, fl-aħħar sigħat, il-Mexxej tal-Iran iddikjara li l-Hamas se jibqgħu jirreżistu kontra l-oppressjoni tal-għadu, minkejja li nqatel il-mexxej tagħhom, Yahya Sinwar.
U issa forzi Iżraelani qed jgħidu li d-deputat tal-Hezbollah intaqel fir-reġjun Bint Jbiel f’Libanu.
Minbarra dan, il-kelliem tal-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qal li drone ġiet sparata lejn id-dar tal-leader Iżraeljan.
Filwaqt li l-Heżbollah ħalfu li kienu se jirritaljaw għall-assassinju ta’ Sinwar, ċertament li lir-residenza ta’ Netanyahu tispiċċa fil-mira tagħhom mhux eskluża, madanakollu s’issa xejn ma kien ikkonfermat.
Rapporti indikaw li f’dak il-waqt Netanyahu ma kienx jinsab fid-dar tiegħu iżda din qed tiġi meqjusa bħala attentat ċar u tond fuq il-Mexxej ta’ Iżrael bis-sitwazzjoni potenzjalment tista’ tkompli teskala fis-sighat li ġejjin.
//= $special ?>