Internazzjonali

Id-dinja tal-mużika għadha taħt xokk wara t-telfa tal-kantant

Missier Liam Payne segwa t-tislima li ngħatat lil ibnu barra l-lukanda fejn sfortunatament tilef ħajtu, dan filwaqt li l-eks sieħba tiegħu u omm ibnu, il-kantanta Cheryl Cole qalet li t-tifel tagħhom Bear se jkollu jħabbat wiċċu ma realta li qatt mhu se jerġa jara lil missieru.

L-eks kantant tal-grupp mużikali One Direction miet traġikament nhar l-Erbgħa li għadda wara li waqa’ mill-gallarija tal-lukanda fejn kien qed joqgħod, f’Buenos Aires fl-Arġentina.

Minkejja talba għall-privatezza mingħand il-familja tiegħu, Il-vjaġġ ta’ missieru sal-lukanda xxandret fuq l-aħbarjiet tal-Aeġentina.