Fl-okkażjoni ta’ għeluq snin AnneMarie Grech, saret attività tul il-jum tas-Sibt, attività kulturali li għaliha kkonkorrew diversi persuni.
F’kumment li tat lil Net News, AnneMarie Grech saħqet li din il-mixja kulturali bl-isem ta’ ‘Tlaqna l-Belt’ saret kollha kemm hi b’risq entitajiet li jaħdmu għal aktar għarfien dwar il-kanċer.
Hija spjegat li kollox ingħata bidu quddiem il-Parlament fejn permezz ta’ gwida marru f’postijiet ta’ interess fil-Belt Valletta fost oħrajn fil-Konkatidral ta’ San Ġwann – bil-parteċipazzjoni ta’ numru ta’ Deputati tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, fost oħrajn.
Dan filwaqt li l-attività ntemmet l-AŻAD fejn kien hemm festin żgħir f’okkażjoni ta’ għeluq snin is-Sinjura AnneMarie Grech li għalih attenda wkoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.
//= $special ?>