Lokali

Persuna se titressaq il-Qorti b’akkuzi ta’ vjolenza domestika

Illum, il-Pulizija se tressaq persuna l-Qorti quddiem il-Maġistrat Ann Marie Thake b’akkużi relatati ma’ vjolenza domestika, fost l-oħrajn.

Il-każ se jkun qed jinstema’ fl-10am.

Il-Pulizija ma tatx aktar dettalji dwar il-persuna li se titressaq.

Għalkemm il-Qorti se tiftaħ b’urġenza, dan mhux l-ewwel każ tax-xorta tiegħu li fl-aħħar ġimgħat kien trattat fl-awli hekk kif rajna żieda fil-proċeduri relatati ma’ vjolenza domestika – speċjalment wara l-qtil ta’ Nicolette Ghirxi, u l-pressjoni li kien hemm fuq il-Korp għall-mod kif aġixxew.

Din il-ġimgħa wkoll, rajna każ simili li spiċċa ġie appuntat għal sentejn oħra.