Milan kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Udinese. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal biss wara 13-il minuta permezz ta’ Samuel Chukwueze. Milan sfaw jilagħbu bi plejer anqas fid-29 minuta meta tkeċċa Tijani Reijnders. Lejn it-tmiem, Udinese kellhom gowl imħassar permezz tal-VAR.
F’partiti oħra, Como u Parma temmew fi draw ta’ 1-1, bil-gowls ikunu skorjati minn Ange Bonny u Nico Paz.
Genoa u Bologna temmew ukoll fi draw ta’ 2-2. Riccardo Orsolini u Jens Odgaard skorjaw għal Bologna filwaqt li l-gowls ta’ Genoa kien skorjati minn doppjetta ta’ Andrea Pinamonti.
//= $special ?>