Internazzjonali

Trump isejjaħ lil imħallef “l-aktar persuna kiefra”

Donald Trump sejjaħ lil imħallef “l-aktar persuna kiefra” wara li ppublikat aktar minn 1,800 paġna t’evidenza kontrih.

Hu qal li d-deċiżjoni tagħha biex tirrifjuta t-talba tiegħu biex tistenna sa wara l-elezzjoni sa ma tippublika l-evidenza għandha tgħodd bħala interferenza tal-elezzjoni.

Fid-deċiżjoni tagħha, l-imħallef Tanya Chutkan qalet li l-alternattiva tista’ tgħodd ukoll bħala interferenza tal-elezzjoni.

L-akkuża hija ffukata fuq l-irvellijiet fil-Capitol tlett snin ilu, fejn Trump huwa akkużat b’konfoffa biex jaqleb ir-riżultat tal-elezzjoni ta’ 2020.

Waqt intervista’, l-eks President tal-Istati Uniti kkumpara d-detenzjoni ta’ dawk li rvellaw fil-Capitol mat-trattament lejn il-Ġappuniżi-Amerikani waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.