Lokali

Mara tweġġa’ gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi f’Selmun

Mara ta’ 26 sena residenti x-Xewkija Għawdex qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi f’Selmun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħodu meta għal xi raġuni mhux magħrufa ħabtu żewġ karozzi tal-għamla Kia Piccanto misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti l-Mellieħa u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 26 sena f’Selmun.

Fil-post isejjħu tim mediku u ambulanza li ħadu lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn il-mara ta’ 26 sena ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tifla u l-mara ta’ 39 sena ġew ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ħfief.

Intant, it-Telgħa ta’ Selmun ingħalqet għal diversi sigħat kaġun ta’ dan l-inċident.