Il-Vici Kap tal-PN Alex Perici Calascione jemmen li l-kisbiet li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej u dawk tal-kunsilli lokali f’Ġunju, għandhom jiġu attribwiti għax-xogħol kbir li qed iwettaq Bernard Gerch – ħidma li qed tiġi rikonoxxuta anke min-nies, kif wera l-aħħar survey tal-MaltaToday.
Dan ħareġ minn intervsita li għamel il-ġurnalist Karl Azzopard mal-istess Viċi Kap tal-PN fejn ġie diskuss il-futur tal-PN, il-finanzi tiegħu u t-tmexxija tal-Kap tal-PN Bernard Grech. Alex Perici Calascione insista li l-votanti qed jifhmu li hemm bżonn ta’ bidla radikali fil-governanza tal-pajjiż.
Iżda saħaq li l-PN qed iżomm saqajh mal-art; minkejja li stħarriġ wara l-ieħor qed juri titjib kontinwu fil-prestazzjoni tal-PN. Bit-titli tal-ġimgħa fil-midja lokali dominati mill-kontroversja dwar il-bidliet fil-pjan lokali, il-Viċi Kap tal-PN saħaq li huwa ħażin li l-Gvern qed jipprova jaħrab mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-bidliet proposti – aktar u aktar issa li ġie żvelat li l-Ministri kollha kienu konxji b’dawn il-manuvri ta’ Robert Abela, proprju għaliex il-bidliet ġew perżentati lill-Kabinett.
//= $special ?>